Lokali

Inċident bejn mutur u karozza f’Ħal Għaxaq

Ritratt: Mill-Arkivji

Raġel ta’ 29 sena residenti Santa Luċija sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku matul il-lejl.

L-inċident seħħ fi Triq iż-Żejtun, f’Ħal Għaxaq għall-ħabta tan-12.05a.m.. Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Ford Fiesta misjuq minn raġel ta’ 35 sena imwieled fil-Filippini u residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Rieju Marathon 125 misjuq mill-vittma.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.