Internazzjonali

LESBOS: 13,000 immigrant bla saqaf fuq rashom

Madwar 13,000 immigrant, fosthom mill-anqas 4,000 tifel u tifla, qed jgħixu f’kundizzjonijiet miżeri f’kamp fuq il-gżira Griga ta’ Lesbos wara li l-kamp li kienu jgħixu fih inħakem minn nar u nqered għalkollox.

Għadd ta’ familji qed jorqdu fl-għelieqi u fit-toroq tal-madwar, bl-awtoritajiet qed isibuha diffiċli jagħtuhom akkomodazzjoni alternattiva. Il-kamp qed jerġa’ jinbena mill-ġdid, iżda r-refuġjati qed jopponu għal dan, tant li qed jipprotestaw fit-toroq għax jixtiequ joħorġu mill-gżira.

Tlettax-il pajjiż, inklużi pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea, offrew li jgħinu, iżda s’issa l-Istati Uniti rrifjuta li jieħu numru minnhom.