Internazzjonali

OREGON: 15 mejta u oħrajn mitlufin

Għadd ta’ persuni qed jiġu mfittxija fiż-żona ta’ Oregon, fejn aktar ma jmur aktar qed jinfirex in-nar li nħakem f’diversi żoni madwar il-Kanada.

Bħalissa hemm biża’ li aktar ma jinxtered in-nar, aktar in-nies u d-djar jiġu f’riskju li jinħakmu minn nirien, filwaqt li mistennija fatalità tal-massa.

Dan filwaqt li eluf ta’ persuni kellhom joħorġu minn djarhom, hekk kif in-nar kien wasal wisq viċin u b’hekk kienu f’riskju. Fil-fatt, minn Oregon biss kienu mill-anqas 40,000 il-persuni li kienu obbligati jevakwaw minn djarhom.

S’issa, in-nirien qatlu erba’ persuni f’Oregon u ħdax oħra f’lokalitajiet oħrajn.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għadu qed jiġġieled 16-il nar kbir, iżda t-temperaturi li tbaxxew u l-umdità qed jgħinu f’din is-sitwazzjoni delikata.