Sport Sport Ieħor

Soren Kragh Andersen jirbaħ l-14 -il stadju tat-Tour de France

Soren Kragh Andersen rebaħ l-14 -il stadju tat-Tour de France li sar bejn Clermont-Ferrand u Lyon fuq distanza ta’ 194 km. Warajh temm Luka Mezgec ta’ Mitchelton Scott filwaqt li fit-tielet post temm Simone Consonni. Peter Sagan temm fir-raba’ post biex naqqas id-distakk minn Sam Bennett li bħalissa għandu l-vantaġġ għall-flokk l-aħdar.

Fil-klassifika ġenerali, Primoz Roglic li jinsab fl-ewwel post tħabat biex żamm il-flokk l-isfar għal stadju ieħor. Warajh fit-tieni post hemm Tadej Pagacar ta’ UEA Team Emirates u Egan Bernal t’a Ineos Grenadiers. It-Tour de France ikompli għada bil-15 -il stadju li se jsir fuq distanza ta’ 174.5km bejn Lyon u Grand Colombier