Internazzjonali

Trasferiti minn Maersk Etienne għal Mare Junio

Wara li 27  immigrant ġew salvati mit-tanker taż-żejt Daniż Maersk Etienne fit-8 ta’ Awwissu, dawn issa ġew trasferiti fuq il-vapur Mare Junio.

Fost l-immigranti, li hemm minorenni u mara tqila, hemm tħassib serju dwar is-saħa fiżika u mentali tagħhom hekk kif ilhom iktar minn xahar abbord vapur f’nofs il-baħar Mediterran.

Fil-fatt, huma qed jitolbu port sigur biex tingħata l-kura meħtieġa, kemm immigranti u anke l-voluntiera abbord kif ukoll jiddaħlu f’pajjiż biex ma jibqgħux f’nofs ta’ baħar.