Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti ħarġet direttivi sabiex edukaturi vulnerabbli ma jidħlux l-iskola u jkunu disponibbli li jaħdmu online.
Fi stqarrija, il-UPE qalet li qed issegwi l-komunikazzjoni li għaddejja bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Minn dan jidher ċar li l-edukaturi u l-pubbliku in ġenerali se jkunu esposti għal riskju għoli ta’ infezzjoni bil-mod kif se jerġgħu jinfetħu l-iskejjel.
Il-UPE għamlet talba uffiċjali biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni joħroġ risk assessment għal kull skola u risk assessment individwali għal edukaturi vulnerabbli..
Sakemm toħroġ din il-policy, il-UPE ħarġet direttivi sabiex l-edukaturi vulnerabbli jibqgħu id-dar.
Id-direttiva se tibqa’ fis-seħħ sakemm tingħata assikurazzjoni li dawn l-edukaturi ma jkunux esposti għal dan il-virus minħabba nuqqas ta’ ħsieb. Fil-fatt, huma bosta l-ghalliema u l-LSEs li ghadhom imhabbsa dwar kif se jahdmu meta jifthu l-iskejjel…bil-famuzi Protokolli tal-Ministru Owen Bonnici mhuma jaghtu ebda serhan il-mohh, lanqas lill-genituri.
“Instabet triq ‘il quddiem” – MUT
Sadanittant, fi stqarrija, il-Union tal-Għalliema l-MUT qalet li l-union u l-Ministeru qed jiddiskutu is-sitwazzjoni dwar għalliema li huma f’riskju għoli u nstabet triq ‘il quddiem. L-MUT qalet li dan se jkun spjegat fil-laqgħat skedati mal-membri.
//= $special ?>