Sport Sport Ieħor

Vinales fuq quddiem f’Misano

Wara l-waqfa tas-sajf, Maverick Vinales se jibda fuq quddiem fiċ-ċirkwit ta’ Misano fl-Italja filwaqt li warajh temmew Franco Morbidelli u Fabio Quartararo. Valentino Rossi se jibda fir-raba’ pożizzjoni segwit minn Jack Miller. Fis-sitt u fis-seba’ post se jibdew Francesco Bagnaia ta’ Parmac Racing Team u Alex Rins ta’ Suzuki. Joan Mir se jibda mit-tmien post segwit mit-Taljan Andrea Dovizioso biex mill-għaxar post se jibda Johann Zarco. It-tellieqa tibda fis-2.00pm.

MOTO GP

Kif se jibdew: 1 M. Vinales 1.31.311, 2 F. Morbidelli +0.312, 3 F. Quartararo +0.380, 4 V. Rossi +0.466, 5 J. Miller +0.641, 6 F. Bagnaia +0.643, 7 A. Rins +0.679, 8 J. Mir +0.691, 9 A. Dovizioso +0.773, 10 J. Zarco +0.807, 11 P. Espargaro +0.855, 12 M. Oliveira +0.912