Sport Sport Ieħor

Zverev kontra Thiem fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti

Alexander Zverev kiseb post fil-finali kontra Dominic Thiem wara li għeleb lil Pablo Carreno Busta 3-6 2-6 6-3 6-4 6-3. Thiem fis-semifinali għeleb lil Daniil Medvedev 6-2 7-6 7-6.


Din il-finali se tara rebbieħ ġdid ta’ dan il-Grand Slam sa mill-2014 meta dakinhar kien rebaħ Marin Cilic. In-nuqqas ta’ Rafael Nadal u Roger Federer, kif ukoll wara l-eliminazzjoni ta’ Novak Djokovic se tagħti ċans lil tennist ġdid jirbaħ dan il-Grand Slam.


Zverev kellu jirkupra wara li beda ħażin biċ-ċansijiet li jikkwalifika għall-finali dehru rimoti iżda wera l-ħiliet tiegħu. F’kummenti wara l-partita, Zverev qal li fil-karriera tiegħu qatt ma rkupra minn żewġ sets żvantaġġ.
Thiem min naħa tiegħu beda b’mod tajjeb kontra Medvedev minkejja deċiżjoni dubjuża fis-sitt logħba tal-ewwel sett.

Fil-kummenti li ta wara l-partita, Thiem qal li jinsab ottimist għall-partita kontra Zverev fejn se tkun l-ewwel finali fi Grand Slam li se jilgħabu kontra xulxin.