Coronavirus Lokali Saħħa

78 każ ġdid… l-akbar ammont reġistrat f’ġurnata waħda mill-bidu tal-pandemija

Illum kien rappurtat l-akbar ammont ta’ każi pożittivi minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn. Numru rekord ta’ 78 każ. L-aħħar darba li pajjiżna rreġistra ammont għoli ta’ każi pożittivi kien nhar il-15 ta’ Awwissu fejn kienu mħabbra 72 każ.

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 22 persuna, biex issa l-każi attivi tela’ għal 535 każ. Dan hekk kif il-każi pożittivi jammonta għal 2,556.

Mis-78 każ pożittiv li tħabbru llum 24 każ huma residenti u staff minn St Joseph Home ġewwa l-Fgura. Dawn filwaqt li l-kumplament tal-każi għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każi mħabbra lbieraħ. 5 każi huma membri tal-familja ta’ każi li huma pożittivi, 2 ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol. Każ kellu kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, każ ieħor ħa din il-virus minn attività soċjali, filwaqt li 8 każi jinsabu f’St Joseph Home fil-Fgura.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 2,407 swabs.