Fl-aħħar ħinijiet inkalja yacht fil-kosta bejn ir-Reverse Osmosis u lukanda ewlenija f’Pembroke wara li waqaf ftit iktar ‘il barra mill-kosta kawża tal-maltemp bir-ragħad li laqtet lil dawk l-inħawi.

Skont kelliem għall-Pulizija, fuq il-post issejħu membri tal-Forzi Armati, tal-Protezzjoni Ċivili u anki membri tal-Malta Red Cross, bil-yacht issirlu ħsara estensiva.

Jidher li numru ta’ paramediċi mill-Isptar Mater Dei kellhom jissejjħu ukoll wara li t-3 persuni nvoluti f’dan l-inċident li kienu abbord il-yacht, ġarrbu xi ġrieħi ħfief.
