Sport Sport Ieħor

Franco Morbidelli jirbaħ il-Grand Prix ta’ Misano

Franco Morbidelli rebaħ il-Grand Prix ta’ Misano f’San Marino fejn minkejja li beda mit-tieni post rnexxielu jieħu l-kmand f’idejh mill-bidu tat-tellieqa u baqa’ jiddomina sat-tmiem. Fit-tieni post temm is-sewwieq ta’ Ducati Francesco Bagnaia filwaqt li warajh fit-tielet post daħal is-sewwieq ta’ Suzuki Joan Mir.

Valentino Rossi temm fir-raba’ pożizzjoni fuq Yamaha filwaqt li Alex Rins fil-ħames pożizzjoni. Maverick Vinales li beda fuq quddiem f’din it-tellieqa temm fis-sitt post filwaqt li Andrea Dovizioso ta’ Ducati temm fis-seba’ post.

Il-Ġappuniż Takaaki Nakagami daħal fit-tmien post, b’Jack Miller jidħol fid-disa’ pożizzjoni. Pol Espargaro ta’ KTM temm fl-għaxar post. Fabio Quartararo li jinsab fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali temm fl-aħħar post wara inċident li kellu fit-tmien dawra.

Intant illum ħarġet l-aħbar li Marc Marquez jista’ jirritorna fit-13 ta’ Novembru għall-Grand Prix ta’ Valencia wara li fl-ewwel tellieqa tal-istaġun kien weġgħa spalltu wara inċident.

MOTO GP

Kif spiċċaw: 1 F. Morbidelli 42:02.272, 2 F. Bagnaia +2.217, 3 J. Mir +2.290, 4 V. Rossi +2.643, 5 A. Rins +4.044, 6 M. Vinales +5.383, 7 A. Dovizioso +10.358, 8 T. Nakagami +10.839, 9 J. Miller +11.155, 10 P. Espargaro +12.030, 11 M. Oliveira +12.376, 12 B. Binder +12.405, 13 A. Espargaro +15.142, 14 I. Lecuona +19.914, 15 J. Zarco +20.152, 16 D. Petrucci +22.094, 17 A. Marquez +22.473, 18 S. Bradl +37.856, 19 B. Smith +1:18.831, Ma spiċċawx: C. Crutchlow, T. Rabat, F. Quartararo