Formula 1 Sport

Hamilton jirbaħ Grand Prix drammatiku fl-Italja

(Ritratt: EPA)

F’tellieqa kkaraterizzata minn sensiela ta’ inċidenti, Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja. Flimkien ma’ Hamilton fuq il-podju temmew sieħbu fit-tim Valtteri Bottas u s-sewwieq ta’ Thai Racing Alexander Albon.

Eżatt mal-bidu tat-tellieqa, Carlos Sainz kellu kuntatt ma’ Sebastia Vettel ta’ Ferrari u ma’ Max Verstappen ta’ Red Bull, b’Verstappen ikollu jiritira mit-tellieqa kawża tal-impatt.
Fis-seba’ dawra seħħ inċident ieħor din id-darba bejn Carlos Sainz, Antonio Giovinazzi u Nicholas Latifi fejn hawnhekk ixxejret l-bandiera l-ħamra fejn kellha tieqaf it-tellieqa bis-sewwieqa nvoluti fl-inċident ikollhom jirtiraw mit-tellieqa.

Wara li kompliet it-tellieqa, fl-44 dawra Stroll ikollu inċident ikrah fejn għat-tieni darba t-tellieqa kellha tieqaf fejn kull ma kien fadal kien tnax –il sewwieq. It-tellieqa tkompliet għat-tielet darba b’Lewis Hamilton jiftaħ vantaġġ komdu u jirbaħ l-ewwel Grand Prix fit-trakka ta’ Mugello fl-Italja.

Formula 1

Kif spiċċaw: 1 L. Hamilton 1:18.833, 2 V. Bottas +4.880, 3 A. Albon +8.064, 4 D. Ricciardo +10.417, 5 S. Perez +15.650, 6 L. Norris +18.883, 7 D. Kvyat +21.756, 8 C. Leclerc +28.345, 9 K. Raikkonen +29.770, 10 S. Vettel +29.983, 11 G. Russell +32.404, 12 R. Grosjean +42.036, Ma spiċċawx: L. Stroll, E. Ocon, A. Giovinazzi, C. Sainz, N. Latifi, K. Magnussen, M. Verstappen, P. Gasly