Lokali

Jaħarbu żewġ immigranti miċ-Ċentru tal-Marsa

Iż-żewġ immigranti kienu fi kwarantina

Minn informazzjoni li għandu Net News jidher li lbieraħ waranofsinhar ħarbu żewġ immigranti miċ-Ċentru tal-Marsa.

L-immigranti, li huma t-tnejn irġiel, kienu qed jinżammu fi kwarantina. Huma ttestjaw negattivi għall-COVID iżda kien fadlilhom joqogħdu ftit jiem oħra taħt kwarantina.

Bħalissa għaddejja tfittxija għal dawn l-imigranti. Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.