Lokali

L-isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 71 sena, flimkien ma’ mara ta’ 70 sena, it-tnejn residenti l-Fgura, ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara inċident li seħħ fi Vjal Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid

Jidher li l-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Nissan GTR li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Isla u vettura tat-tip Suzuki Alto li kienet qed tinstaq mill-vittma

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa filwaqt li l-mara, li kienet passiġġiera miegħu, jidher li mhix issofri minn ġrieħi serji.

Kawża tal-inċident, il-karreġjata fid-direzzjoni lejn il-Fgura ngħalqet għat-traffiku minħabba li waħda mill-karozzi involuti laqtet arblu u spiċċa nqala’.

Aktar dettalji kif jaslulna