Basketball Sport

LA Lakers fl-ewwel finali wara 10 snin

Waqt is-semifinali kontra Houston Rockets, 29 punt ta’ LeBron James taw rebħa lil LA Lakers li waslu fl-ewwel Western Conference Final f’10 snin b’rebħa ta’ 119-96 fuq Houston Rockets.

James, li ngħaqad mal-Lakers fl-2018, qal li hu ta’ unur li t-team ikompli bil-legat. Kyle Kuzma kiseb 17-il punt għal-Lakers, Markieff Morris kiseb 16, Danny Green ikkontribwixxa 14 u Anthony Davis 13, filwaqt li James Harden spiċċa bi 30 punt għar-Rockets.

Il-Lakers, li rebħu s-serje 4-1, se jaffrontaw jew lill-Los Angeles Clippers jew lid-Denver Nuggets fir-rawnd li jmiss, bil-Clippers imexxu dik is-serje 3-2. L-aħħar darba li laħqu dan l-istadju kien meta l-leġġenda tal-Lakers Kobe Bryant wassalhom għat-titlu tal-NBA fl-2010.

Bryant ta’ 41 sena u bintu Gianna ta’ 13-il sena kienu fost disa’ persuni maqtula f’inċident bil-ħelikopter f’Jannar. Il-ħames darba champion NBA Bryant qatta’ karriera ta’ 20 sena mal-Lakers u huwa l-uniku plejer fl-istorja tal-kampjonat li għandu żewġ numri ta’ flokkijiet irtirati mal-istess tim.