Sport Sport Ieħor

Mil-lejla jingħata bidu għat-Tazza l-Kbira

(Ritratt: Martin Agius)

Mil-lejla fil-korsa tal-marsa jingħata bidu għall-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trot Malti meta jsiru l-heats tal-BOV Tazza l-Kbira.

B’kollox se jieħdu sehem 81 żiemel li 14 minnhom se jkunu qed jiddebuttaw f’pajjiżna fejn 28 iridu jikkwalifikaw għas-semifinali li se jsiru fis-27 ta’ Settembru, bil-finali ssir il-Ħadd 11 ta’ Ottubru.

Minħabba li l-pubbliku ma jistax jattendi għal dawn it-tlielaq, dawn it-tiġrijiet se jkunu qed jintwerew fuq il-paġna ta’ Facebook u fuq l-istazzjon ta’ YouTube tal-Malta Racing Club, bl-ewwel tiġrija tibda fis-6.00pm.