Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka tirbaħ l-Open tal-Istati Uniti

It-tennista Ġappuniża Naomi Osaka rebħet il-finali tal-Open tal-Istati Uniti li saret matul il-lejl li għadda f’Arthur Ashe Stadium. Dan kien it-tielet titlu Grand Slam għat-tennista ta’ 22 sena.

Fil-finali, Osaka lagħbet kontra Victoria Azarenka u wettqet rimonta tajba wara li tilfet l-ewwel sett biex rebħet 1-6 6-3 6-3. B’din ir-rebħa Osaka żammet ir-rekord tagħha li rebħet kull Grand Slam li lagħbet fih wara li fl-2018 rebħet l-istess turnament u fl-2019 rebħet l-Open tal-Istati Uniti.