Lokali

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-ftuħ tal-iskejjel

Ġimgħatejn oħra se jifthu mill-ġdid l-iskejjel għas-sena skolastika l-ġdida…u l-ġenituri, l-istudenti u l-għalliema għadhom mingħajr ebda tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom dwar kif se jimxu l-protokolli tal-Covid.

Diversi ġenituri li tkellmu mal-gazzeta ‘Illum’ qalu illi jinsabu imħassba ghall-fatt li ma inghataw ebda informazzjoni mill-iskejjel kif ser ikunu qed jiġu implimentati il-miżuri.

Ħafna qed jistaqsu jekk il-Maskri hux ser ikunu b’kuluri differenti skont il-gruppi….

kif se jaħdem it-trasport…

U kif ser jinżammu il-famuzi bubbles.

Hemm ohrajn li huma rrabjati minħabba l-fatt li sabiex wieħed jipprepara l-affarijiet bħall-uniformijiet u kif ser taħdem is-sistema tat-trasport.. ma jistax jiġi mgħarraf fl-aħħar minuta.

Fattur ieħor li qed jinkwieta lill-ġenituri huwa li għalkemm il-Ministru Owen Bonnici stqarr li fl-iskejjel ser ikun hemm il-bubbles sabiex t-tfal ma jitħaltux flimkien… dawn xorta waħda ser ikunu qed jitħalltu wara l-iskola; bhal per ezempju ghal-lezzjonijiet tad-dutrina.

Fatt ieħor inkwetanti huwa li ħafna tfal li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19.. normalment ma jkollhomx sintomi… jiġifieri lanqas ikunu jafu li huma pożittivi għall-virus ġaladarba ma jagħmlux swab test.

Intant… meta din il-gimgha kien mistoqsi ghal diversi drabi minn NET News dwar il-ftuħ tal-iskejjel, il-Ministru Owen Bonnici baqa’ jinsisti biss li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, fosthom mal-unions. Dan juri kemm verament il-Gvern jinsab bla pjan għall-iskejjel…specjalement fejn jidhlu l-istudenti z-zghar.

Anke meta mistoqsi direttament dwar it-tħassib ta’ eluf ta’ ġenituri u edukaturi, hu ma ta l-ebda serħan il-moħħ u baqa’ jdur biss mal-istess kantaliena li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin … kważi ġimgħatejn ‘l bogħod mill-bidu ta’ sena skolastika ġdida.