Futbol Sport

Rapporti jgħidu li Mbappe jrid iħalli lil PSG fi tmiem l-istaġun

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-istilla Franċiż ta’ PSG Kylian Mbappe jrid iħalli lit-tim tiegħu fi tmiem dan l-istaġun bid-destinazzjoni tal-plejer tidher li se tkun Liverpool.

Mbappe ssieħeb lil PSG mingħand Monaco fl-2018 għas-somma ta £165 miljun u kien iffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-tim minn Pariġi. Ma’ PSG, Mbappe wera l-aqwa logħob tiegħu fejn flimkien ma’ Neymar għenu lil PSG jirbħu numru ta’ unuri matul l-aħħar snin. L-attakkant ta’ 21 sena kien ukoll parti integrali mill-iskwadra Franċiża li rebħet l-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.