Everton għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 1-0 b’xejn fejn fid-debutt tiegħu, James Rodriguez kien l-aktar plejer li spikka fil-grawnd. Fis-16 -il minuta, Richarlison resaq viċin li jiftaħ l-iskor meta wara li qabeż lil Lloris naqas milli jikkonkludi f’lasta vojta. Fit-tieni taqsima Everton ħarġu aħjar u fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras tajba ta’ DOMINIC CALVERT-LEWIN. Tottenham naqsu milli jwettqu reazzjoni b’saħħitha biex iġibu l-gowl tad-draw u b’hekk kisbu l-ewwel telfa tal-istaġun.
F’The Hawthorns, Leicester City kisbu rebħa komda kontra t-tim neo promoss West Bromwich Albion. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima wara li fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet naqsu milli joħolqu azzjonijiet perikolużi. Leicester fetħu l-iskor fis-56 minuta permezz tal-akkwist il-ġdid mingħand Atalanta TIMOTHY CASTAGNE. JAMIE VARDY kompla bir-rekord tiegħu, li jiskorja f’kull partita li lagħab f’The Hawthorns u għamilhom 2-0 minn penalty. Fit-83 minuta, Leicester ingħataw penalty ieħor wara foul ta’ Dara O’Shea fuq James Justin u reġa’ kien JAMIE VARDY li għamilhom 3-0.
Premier League
Illum: WBA v Leicester 0-3, Tottenham v Everton 0-1, Għada: Sheffield United v Wolves 7.00pm, Brighton v Chelsea 9.15pm
//= $special ?>