Sport Sport Ieħor

Richard Schulteis jirbaħ id-deheb fil-Euro Cup

Robert Schulteis li qed jirrapreżenta lil pajjiżna fil-Euro Cup rebaħ id-deheb f’din il-kompetizzjoni fejn temm qabel oħtu Antonia f’esperjenza impressjonanti għaż-żewġ baħħara Maltin li rrapreżentaw lil Malta Young Sailing Club.

Richard Schulteis u sieħbu fit-tim Max Korner bdew fil-quċċata tal-klassifika wara li fil-ġurnata ta’ lbieraħ iż-żewġ baħħara rnexxielhom itemmu fit-tieni post qabel ma’ rebħu r-regatta finali.