Lokali

Steward Healthcare qed taffaċċja kawża għal ħames miljun dollaru minn investitur Amerikan

Żvolta ġdida fl-iskandlu tat-tliet sptarijiet, hekk kif il-kumpanija Steward Healthcare qed taffaċċja kawża għal ħames miljun dollaru minn investitur Amerikan li kien sellef il-flus lil Vitals… biex dawn setgħu ħadu d-deal ħames snin ilu.

Dan il-każ jiftaħ kontroversja ġdida f’dan id-deal tat-tliet sptarijiet li huwa mifni b’irregolaritajiet li saru taħt l-amminsitrazzjoni preċedenti tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat – irregolaritajiet li kienu konfermati ukoll f’rapport dettaljat mahrug mill-Awditur Generali.

Il-gazzetta MaltaToday il-Ħadd zvelat li l-kumpanija Gupta tat il-flus lill-benefiċċjarju ewlieni ta’ Vitals…  il-kumpanija Bluestone… meta kienet qed tiġi negozjata l-konċessjoni tal-Isptarijiet Karin Grech, St Luke’s u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

F’Marzu tal-2015, Gupta waslu fi ftehim dwar il-finanzjament tal-Vitals mas-sidien ta’ Bluestone,  li wieħed minnhom kien il-personagg kontroversjali Ram Tumuluri. Fi kliem semplici, minghajr dawn il-miljuni li ha mill-Amerikani…Tumuluri, wisq probabbli, qatt ma kien ikun f’pozizzjoni li jaghmel l-offerta tieghu. Anke minhabba l-fatt li kif naf, Vitals tfaccat mix-xejn…u qatt ma kellhom esperjenza fis-settur mediku.

Issa, Stewart Healthcare qed taffacja din il-kawza f’Qorti Ingliza, fejn Gupta qed jiggieldu ghal dawn il-hames miljuni li kienu sellfu.

Bi Steward qed tuza l-argument li kien hemm korruzzjoni fid-deal originali…sabiex tipprova twaqqa’ l-kawza li ghamlu l-Amerikani.

Il-kuntratt tal-isptarijiet kien ingħata lil Vitals fl-2015, meta ħadu taħt idejhom it-tmexxija tal-Isptar San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Generali ta’ Għawdex għal 30 sena. Huma inghataw mal-50 miljun ewro fis-sena minn flus il-poplu Malti u Għawdxi – kuntratt li sar bil-barka tal-Ministru ta’ dak iż-żmien Konrad Mizzi.

F’Lulju li għadda… investigazzjoni mill-Awditur Generali ikkonfermat li l-offerta tal-VGH kellha tkun skwalifikata, minħabba konfoffa mal-Gvern qabel kien inħareġ it-tender. Fl-istess waqt, il-Kap tal-PN Adrian Delia ghadu ghaddej bil-kawza fil-Qorti sabiex iwaqqa’ dan id-deal skandaluż….u l-isptarijiet jirritornaw lura ghand in-nies.