Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jirbaħ il-15 –il stadju tat-Tour de France

Tadej Pogacar rebaħ il-15 –il stadju tat-Tour de France li sar bejn Lyon u Grand Colombier wara li għeleb l-isfida ta’ Primoz Roglic biex resaq eqreb lejn l-istess Roglic biex jikseb il-flokk l-isfar. Pogacar irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Roglic fl-aħħar ftit kilometri. Bernal li rebaħ l-edizzjoni tas-sena l-oħra ma rnexxielux iwassal sat-tmiem hekk kif tbiegħed lura meta kien għad fadal 17 –il kilometru u daħal seba’ minuti wara Pogocar.

It-Tour de France jkompli nhar it-Tlieta fuq distanza ta’ 164 km bejn La Tour-Du-Pin u Villard-De- Lans.