Futbol Sport

Tirnexxi l-operazzjoni fuq Zaniolo

Jidher li rnexxiet l-operazzjoni fl-irkoppa tax-xellug ta’ Zaniolo wara li weġgħa fil-partita kontra l-Bosnija mat-tim nazzjonali Taljan fil-UEFA Nations League.

Zaniolo kien operat fi sptar fl-Awstrija mill-istess professur li opera numru ta’ plejers oħra fosthom Giorgio Chiellini. Il-midfielder ta’ Roma mhux mistenni jirritorna qabel sitt xhur oħra u se jqatta’ ġimgħa oħra fl-Awstrija qabel ma jirritorna Ruma.

Nicolo Zaniolo sofra injury simili f’irkopptu l-leminija fl-istaġun li għadda fil-partita kontra Juventus fejn ħallieta barra mill-azzjoni għal numru ta’ xhru.