Basketball Sport

Aaron Falzon jiffirma kuntratt professjonali fi Franza

Il-plejer internazzjonali Malti tal-basketball Aaron Falzon iffirma kuntratt professjonali ma’ Etoile Angers fi Franza fil-kampjonat National 1. Falzon se jkun qiegħed isegwi l-passi ta’ ħuh Trevis li wkoll mar barra l-pajjiż bħala plejer professjonali.

Matul il-karriera tiegħu, Aaron Falzon lagħab ma’ Northwester u Quinnipac fejn fl-2018 kien parti mill-iskwadra nazzjonali li kkompetiet fil-FIBA European Championship for Small Countries li saru f’San Marino fejn kien konvinċenti f’kull partita u ħalla mpressjoni tajba ferm.

Minkejja li dawn l-aħħar xhur, kawża tal-pandemija tal-coronavirus, kienet diffiċli, biex atleti Maltin jibdew karriera professjonali barra l-pajjiż, Flazon irnexxielu jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu bħala plejer professjonali ma’ tim li temm fl-ewwel post fil-grupp fl-istaġun li għadda.