Lokali

AĠĠORNATA: Jittella’ katavru ta’ anzjana mill-baħar fl-Isla

Katavru ta’ anzjana dalgħodu ttella’ mill-baħar fi Triq it-Tarzna fl-Isla. Jirriżulta li l-katavru hu ta’ mara, ta’ 74 sena mill-Fgura.

Persuni li għall-ħabta tat-8.30am kienu mexjin qrib iż-żona ndunaw bil-ġisem tal-mara u ċemplu immedjatament lill-Pulizija.

Fil-post, il-Pulizija tad-Distrett ċemplu wkoll lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, li tellgħu l-katavru fuq l-art.

S’issa għadu mhux magħruf jekk il-mewt tal-anzjana kinitx naturali, hekk kif aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dwar il-każ ġiet infurmata wkoll il-Maġistrat tal-għassa Astrid May Grima, li fetħet Inkjesta, filwaqt li ħatret diversi esperti biex jassistuha.