Coronavirus Lokali

COVID-19: 53 pożittivi; 18 ifiqu

Fl-aħħar tlett ijiem kelna 158 każi ġodda.

Fl-aħħar 24 siegħa kien irraportat li kien hawn 53 każ pożittiv ta’ COVID-19.

Dan filwaqt li fiequ 18-il persuna, biex issa l-każi attivi tela’ għal 569 każ. Dan hekk kif il-każi pożittivi jammonta għal 2,609.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,736 test swabs.

Dan biex b’hekk fl-aħħar tlett ijiem kelna 158 każi ġodda ta’ COVID-19.

Dan kollu ħareġ mill-aġġornament li l-Ministeru tas-Saħħa ppubblika ta’ kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Saħħa’.

Il-każijiet tal-illum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ 24 każ huma mid-Dar tal-Anzjani ‘San Ġużepp’ fil-Fgura u żewġ każi oħra minn djar oħra tal-anzjani. B’hekk, f’ġurnata waħda kien hemm 26 każ ġdid li nstabu f’djar tal-anzjani.

Dan filwaqt li 16-il każ huma membri tal-familji u żewġ każi ta’ kollegi tax-xogħol, żewġ każi oħra kellhom kuntatt dirett ma’ każ pożittiv, żewġ każi kienu importati, u żewġ każi oħra mill-cluster tal-kompetizzjoni tal-body building.

Dan biex b’hekk 28 kienu sporadiċi hekk kif l-ebda informazzjoni ma ngħatat dwarhom.