Sport Sport Ieħor

Dominic Thiem jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti

Dominic Thiem għeleb lil Alexander Zverev 2-6 4-6 6-4 6-3 7-6 fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti biex b’hekk rebaħ l-ewwel titlu Grand Slam fil-karriera tiegħu.

Thiem kellu bidu diffiċli fejn tilef l-ewwel żewġ sets iżda rkupra tajjeb u rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara fejn sforza set ieħor li kien deċiżiv fejn ħareġ rebbieħ 7-6. Din kienet l-ewwel darba li l-finali tal-Open tal-Istati Uniti kellha tkun deċiża fil-ħames sett.

Thiem li kien favorit li jirbaħ din il-finali, tilef it-tliet finali f’Grand Slam li kien wasal fihom qabel u b’hekk il-bidu ħażin fil-finali kontra Zverev seta’ naqqas xi ftit mill-moral tat-tennista Awstrijak. F’kummenti li ta lill-midja wara l-finali, Thiem qal li xtaq li kien hemm żewġ rebbieħa f’din il-finali għaliex f’kliemu t-tnejn kien ħaqqhom li jirbħu.