Coronavirus Futbol Sport

Fil-Ġermanja, polemika dwar il-partitarji fl-istadiums

Fit-tmiem il-ġimgħa rritorna l-futbol Ġermaniż permezz tal-ewwel rawnd tad-DFB-Pokal. Fil-partita bejn Hans u Stuttgart tħallew jidħlu xi partitarji wara nuqqas ta’ numru ta’ xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Jidher iżda, li qamet polemika wara li numru ta’ dawk preżenti ma żammewx d-distanza soċjali waqt il-partita, b’kawża ta’ dan numru ta’ partitarji nġabru f’żona waħda tal-grawnd. Id-deċiżjoni li jitħallew jidħlu l-partitarji fl-istadium, ittieħdet mill-Kabinett tal-Gvern Ġermaniż.

Minkejja n-numru ta’ restrizzjonijiet imposti u anke numru ta’ rikomandazzjonijiet mill-Awtortajiet tas-Saħħa jidher li l-partitarji ftit wara li bdiet il-partita ma baqgħux isegwuwhom. S’issa fil-Ġermanja kien hemm 261,359 każ pożittiv ta’ coronavirus u 9,428 mewt.