Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Malti jniedi l-Youth Athlete Support Scheme

Il-Kumitat Olimpiku Malti fil-jiem li għaddew nieda l-Youth Athlete Support Scheme biex 47 atleta jibbenifikaw b’mod finanzjarju biex jintużaw f’parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll għall-użu professjonali li jinkludu fiżjoterapija, nutrizzjoni, psikoloġija tal-isport u ttestjar fil-Laboratorju ta’ Dijanjostika Funzjonali tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Għal din is-sena, wara li din l-iskema ġiet ittardjata kawża tal-pandemija tal-coronavirus, l-atleti tqiegħdu f’kategoriji differenti bit-tqegħdi ikun skond ir-riżultati, il-klassifikazzjoni u l-potenzjal tagħhom. L-Iskema hija mqassma f’4 kategoriji, Youth Elite li immirat lejn atleti li għandhom inqas minn 18 -il sena u diġa huma klassifikati fuq Livell Dinji jew Ewropew, Youth Development għal atleti taħt it-18 -il sena li qed jiksbu riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali, Long Term Athlete Development għal dawk ta’ inqas minn 18 -il sena u qed jeċċellaw fl-isport tagħhom u għandhom il-potenzjali li jiżviluppaw f’atleti elite. Kategorija ġdida dik ta’ Intermediate Elite se tappoġja atleti li qabel kien jaqgħu taħt il-kategorija Youth Elite iżda issa għalqu t-18 -il sena.

Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati lill-atleti fil- kwartieri ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti minn Paul Sultana – President tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Charlene Attard, Direttur u membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.