Lokali

It-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards

18-il Kategorija li jippremjaw l-isforzi ġurnalistiċi

Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed tniedi t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards b’numru ta’ tibdiliet u bl-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda.

L-iskop ta’ dawn l-awards hu li jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.
Għall-ewwel darba, l-awards qed jiġu organizzata minn Kummissjoni mwaqqfa fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Ġunju li għadda biex tieħu ħsieb l-organiżazzjoni ta’ dawn l-awards b’mod awtonomu mill-Kunsill Eżekuttiv tal-IĠM.

Il-Kummissjoni hi iffurmata minn Pierre Cassar li ħa ħsieb il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-awards imniedi is-sena l-oħra, Sandro
Micallef u Christian Peregin.

Il-President tal-IĠM Sylvana Debono, s-Segretarju Ġenerali Nigel Mifsud u t-Teżorier Mario Schiavone ukoll jiffurmaw parti minn din il-Kummissjoni
biex ikun żgurat li jkun hemm sinerġija mad-direzzjoni tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

It-30 Edizzjoni tal-Malta Journalism Awards se jirriflettu l-konsultazzjoni li saret malmembri aktar kmieni din is-sena. B’kollox se jkun hemm 18-il kategorija li jkopru l-oqsma kollha tal-ħidma ġurnalistika fl-oqsma kollha, bl-introduzzjoni tal-award ewlieni għall-aħjar ħidma ġurnalistika
investigattiva. Ma dawn hemm l-Gold Award, li jirrikonoxxi ġurnalist/a li jkun serva fil-professjoni għal tul ta’ żmien.

Ix-xogħlijiet sottomessi għall-edizzjoni ta’ din is-sena jridu jkunu pubblikati fis-sena 2019.

L-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sal-25 ta’ Settembru 2020, bis-serata finali tal-Awards se ssir fl-14 ta’ Novembru 2020.