Lokali Qorti

Jason Azzopardi jgħid fil-Qorti li Yorgen Fenech qed jipprova joħonqu u jfixklu

L-Avukat Jason Azzopardi qal li l-proċeduri fil-Qorti li saru kontrih minn Yorgen Fenech huwa tentattiv biex joħonqu u jfixklu milli jkompli jaqdi d-doveri professjonali tiegħu.

Huwa qal dan fil-Qorti Kriminali f’risposta għall-proċeduri legali li nieda Fenech, l-allegat moħħ fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn l-avukat Jason Azzopardi qiegħed jirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia.

Azzopardi qal li mhux minnu dak li qed jisħaq Fenech li l-posts li huwa tella’ fuq il-midja soċjali qed jippreġudikawlu d-dritt għal smigħ xieraq u dan għal diversi raġunijiet.

Fost dawn hemm il-fattur li “għadna snin ‘il bogħod mill-proċess ta’ ġuri,” qal Azzopardi fejn żied jgħid li kien qegħdin xi “sentejn, tlieta u forsi anke erba’ snin ‘il bogħod minn dan l-istadju”.

Fit tweġiba tiegħu Azzopardi irribatta dak li huwa sejjaħ l-attentati kostanti ta’ Yorgen Fenech biex ifixklu lill-avukati tal-familja Caruana Galizia waqt li għaddejja il-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, permezz ta’ serje ta “interpretazzjonijiet” konfużi u fqar ”tal-liġijiet proċedurali u biex wieħed jiddevja l-attenzjoni”.

Fost dawn hemm id-dritt tal-familja biex permezz tal-avukat tagħha tagħmel il-mistoqsijiet f’waqthom biex tikkontrolla x-xhieda u biex finalment tiġbor il-provi kollha fi stadju ta’ kumpilazzjoni.

L-Avukat Azzopardi sostna li l-irwol tal-avukat f’isem vittma huwa li jiżgura li l-akkużi kontra l-akkużat ikunu ppruvati u li l-evidenza kollha tinġabar kif suppost.

Dan ir-rwol għandu funzjonijiet simili, anke jekk mhux identiċi għall-aħħar, bħal dak tal-Prosekuzzjoni, sa minn meta nħarġet l-att tal-akkuża,li jfisser li l-parteċipazzjoni fil-proċeduri sakemm il-każ jilħaq ukoll l-istadju tal-verdett tal-ġurija.

Huwa qal li li jfisser li l-effett ta’ dawn il-posts fuq l-midja soċjali kien ukoll imwieżna kontra l-iskadenza f’dan il-każ. L-Avukat Azzopardi qal li bħala l-avukat tal-familja, rwol li qed iwettaq b’unur, kien u qed jagħmlu bħala “dmir professjonali” tiegħu u mhux sempliċement li jiddikjara li Fenech kien responsabbli għall-assassinju tal-ġurnalist.

Kompla jgħid li huwa ma seta’ qatt “jiġi msikket barra l-Qorti f’soċjetà fejn il-proċeduri miftuħa tal-qorti huma dritt tas-soċjetà nnifisha.” Fir-rigward tal-posts fuq Facebook stess, Azzopardi qal li sabha diffiċli biex jifhem għaliex l-avukati ta’ Fenech kienu talbu lill-Qorti biex tieħu azzjoni kontrih waħdu meta kull ma għamel kien li jaqsam posts li ttellgħu mit-tfal tal-vittma.

Huwa staqsa għaliex ma sarx l-ilment dwar il-posts oriġinali u mhux dawk li xxerja huwa stess. Barra minn hekk tkellem u ukoll fuq”il-kampanja dwar l-assasinju ta’ karattri kontinwa kontrih, imnedija minn numru ta’ individwi li kienu “involuti b’mod ċar mill-akkużat.”

Dawn ippubblikaw kummenti li juru lil Yorgen Fenech bħala l-vittma ta’ frame-up, u sostnew li l-akkużi kontrih kienu foloz, li kien il-vittma ta’ bullying u li l-Imħallfin li jippresiedu l-inkjesta pubblika kienu “mixtrija u kellhom aġenda.”

Intqal ukoll saħansitra li mhux veru li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet minħabba dak li kienet se tippubblika dwar il-ftehim tal-Electrogas. Dan kollu kien tentattiv biex jiġi skreditat ix-xogħol tal-ġurnalista maqtula.

Jidher li posts bħal dawn ma jippreġudikawx il-ġustizzja, sostna Azzopardi. Madankollu l-posts li huwa jixxerja u li ttellgħu minn ulied il-vittma, dwar id-delitt li kkawża għajta ta’ wġiegħ f’Malta u barra minn xtutna, qed jingħad li dawn qegħdin jippreġudikaw l-preżunzjoni tal-innoċenza tal-akkużat.

Filwaqt li kkwota bosta sentenzi mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Azzopardi osserva li l-Qorti qalet li każijiet kriminali ta’ profil għoli huma marbuta li jattiraw grad ta’ skrutinju tal-midja, kummenti u kritika intensa, aħseb u ara mill-familja tal-vittma u l-avukati tagħhom, Azzopardi rrimarka.

Barra minn hekk, meta Yorgen Fenech talab maħfra presidenzjali, huwa kien qed jammetti pubblikament il-ħtija tiegħu u kien saħansitra beda azzjoni fil-Qorti meta dik il-maħfra ġiet miċħuda, sostna fl-argument finali tiegħu l-Avukat Jason Azzopardi.