Lokali

Jinġabru €402,849 waqt il-Maratona tal-Missjoni

Għal darb’oħra l-qalb kbira tal-Maltin u l-Għawdxin għenet lil dawk l-aktar fil-bżonn. Dan hekk kif matul il-Maratona Missjoni li kienet organizzata fi tmiem il-ġimgħa mill-Fondazzjoni U, nġabret is-somma sabiħa ta’ €402,849.

Waqt din l-24 edizzjoni, il-flus kollha li nġabru marru mhux għal pajjiż wieħed biss, iżda għal faxxa wiesgħa ta’ 8 benefiċċjarji minn madwar id-dinja fosthom; fil-Brażil, Bolivja, Peru, Etijopja, Ghana, Guatemala,  Albanija u l-Pakistan.

Matul din ix-xandira, ta s-sehem tiegħu wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn saħaq dwar l-importanza tal-karità ma min huwa fil-bżonn u qal li b’dan il-ġest ta’ mħabba jgawdi mhux biss min ikun qed jirċievi iżda ankè min ikun qiegħed jagħti.

Net News tkellem mad-Direttur tal-Fondazzjoni U Dun Ġwann Farrugia fejn spjega li din is-sena l-ġabra kienet b’mod partikolari għal dawk is-6 miljun tifel u tifla taħt il-5 snin li jinsabu f’riskju serju li jmutu kawża tal-pandemija tal-Covid-19.