Lokali

Ħafna jistaqsu, “Fejn hi d-distanza soċjali?”

Bosta t-Tnejn filgħodu kienu sorpriżi, diżappuntati u rrabjati fl-istess waqt wara li ritratti ppubblikati fuq il-midja soċjali wrew nuqqas totali ta’ distanza fiżika fl-Isptar Mater Dei.

Fir-ritratti jidhru diversi persuni jistennew sabiex jidħlu fis-swali rispettivi, fejn minkejja lebsin l-maskri protettivi xorta waħda jidher b’mod ċar in-nuqqas totali ta’ distanza fiżika fost id-diversi anzjani li dalgħodu nġabru għall-appuntament fl-isptar.

Diversi persuni kkumenntaw li minkejja li qed jingħad li kollox jinsab taħt kontroll l-affarijiet li qed naraw u nisimgħu jixhdu mod ieħor.

Ikkummenta