Edukazzjoni Lokali

Kull sena trid tidħol u toħroġ mill-iskola f’temp ta’ ħames minuti

It-tfal ser ikollhom jidħlu u joħorġu mill-iskola, f’ħames minuti.

Permezz ta’ filmat ippublikat online s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Owen Bonnici, spjega li bħala miżura ta’ mitigazzjoni l-breaks tat-tfal ser ikunu maqsumin ħinijiet differenti bejn sena u oħra sabiex jevitaw li jiltaqgħu fi gruppi.

Hekk ukoll ser ikun qed isir fid-dħul u l-ħruġ tat-tfal lejn u minn l-iskola, sabiex ma jiltaqgħux. Madanakollu bosta ġenituri jinsabu ferm mħassba wara li fil-filmat jidher ċar kif ser ikunu qed jitqassmu sena, b’sena…. mifruda b’ħames minuti biss.