Lokali

L-Air Malta tfittex Kap Eżekuttiv ġdid

Clifford Chetcuti rreżenja f’Awwissu minħabba raġunijiet personali

Il-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta ħarġet sejħa pubblika, lokali kif ukoll internazzjonali, għal pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv. Fis-sejħa ingħad li s-CEO l-ġdid huwa mistenni minnu jibbilanċja bejn it-tkabbir tal-kumpanija u l-iżvilupp tal-istrateġija lokali.

Dan kollu wara li l-eks Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Clifford Chetcuti kien preżenta r-reżenja tiegħu, bil-Ministru Silvio Schembri jisħaq li dan l-aġir twettaq minħabba raġunijiet personali, fl-isfond tal-kritika qawwija li dabbar fl-aħħar xhur minn naħa tal-Unjin tal-Bdoti ALPA.

F’nofs il-kriżi tal-pandemija tal-Covid-19, l-Air Malta keċċiet mix-xogħol 69 bdot.

L-applikazzjonijiet mistennija jagħlqu fit-2 ta’ Ottubru.