Sport Waterpolo

L-ASA tipposponi l-partiti skedati għal-lum

(Ritratt: Martin Agius)

L-ASA ħabbret li l-partiti li kellhom jintlagħbu llum ġew kollha pospost għal għada minħabba l-maltemp li laqgħat il-gżejjer maltin fl-aħħar sigħat. L-ASA qalet li raġuni oħra għalfejn l-partiti tal-lum ġew ikkanċellati hija minħabba li kienet se tkun diffiċli biex it-tim ta’ Otters jivvjaġġa min Għawdex minħabba l-maltemp.

Il-partita kollha qed jiġu mxandara b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ MAN UP+, bil-partita prinċipali, dik bejn Exiles u Sirens se tkun ukoll qed tiġi mxandra fuq Net Television fit-8.10pm.

WATERPOLO

Play-Off

Kampjonat I Diviżjoni: Għada: Marsaskala v Ta’ Xbiex 6.00pm, Marsaxlokk v Otters 7.05pm

Kampjonat Premier: Għada: Exiles v Sirens 8.10 pm