Coronavirus Lokali Saħħa

Mara ta’ 86 sena hi s-16-il vittma tal-Covid f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. B’hekk din hi s-16-il fatalità minn mindu faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei dakinhar stess.

Fit-2 ta’ Settembru ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas u wara mill-ġdid l-Isptar Mater Dei fil-5 ta’ Settembru. Hija mietet fl-IDU, fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.