Lokali Qorti

Nuqqas ta’ provi li żewġt iklieb li qatlu qattusa huma tal-akkużat

Rabti ta’ 68 sena ma nstabx ħati mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li ħalla iżewġ klieb tiegħu jiġġerrew fit-toroq u li żammhom mingħajr ċinga u li kkaġunaw il-mewt ta’ qattusa meta dawn daħlu f’residenza.

Paul Vella li tressaq mill-Ispettur Stacy Attard ma nstabx ħati li wettaq dan ir-reat fl-14 ta’ Jannar tas-sena l-oħra għall-ħabta tal-4.00pm. fi Triq Pirru l-Buskett minħabba nuqqas ta’ provi li l-klieb huma propjetà tiegħu.

Il-Kunstistabbli Owen Bilocca qal fil-Qorti li fl-14 ta’ Jannar, 2019 fl-Ghassa tar-Rabat, Marianne Scerri marret tirraporta li dak inhar stess waqt li kienet qegħda ġewwa r-residenza tagħha, daħlu żewġ klieb tar-razza tal-‘fenek’ ta’ kulur kanella gewwa d-drive-in tagħha, u qatlu l-qattus tagħha.

Qalet li sid il-klieb huwa Paul Vella u stqarret li din ma kienitx l-ewwel darba li dawn il-klieb daħlu gewwa l-proprjeta’ tagħha. Spjegajt ukopll li d-drive-in tagħha huwa magħluq bix-xatba u dan l-inċident ratu b’għajnejha.

Paul Vella mar l-Għassa tar-Rabat, fl-istess jum għall-habta tas-6.00pm u nnega mal-Pulizija li dawk il-klieb huma tiegħu, minkejja li waqt il-ħin tal-inċident, il-klieb tieghu kienu miegħu fil-karozza.

Żied jgħid li mhux kelb wieħed ikun hemm jiġru barra peress li fl-akkwati hemm ħafna rziezet u għalhekk ma kienux il-klieb tiegħu li qatlu l-qattus ta’ Marianne Scerri.

Scerri qalet li l-qtates tagħha kienu qegħdin fil-kennels tagħhom, u mit-tieqa tal-kamra tas-sodda tagħha hija rat il-klieb idaħħlu rashom fil-kennels u jaħftu l-qattusa. Saħansitra, hija kellha tagħti daqqa ta’ kanna lil dan il-kelb li ħataf il-qattusa sabiex jitlaq l-istess qattusa.

Hija kkonfermat li l-klieb huma ta’ Paul Vella peress li kellha diversi kwistjonijiet miegħu. Marianne Scerri qalet ukoll li hija rat iż-żewġt iklieb jidħlu minn ġo xatba magħluqa sabiex jaħftu l-qattusa.

Qalet ukoll li hija għandha zewgt iklieb tar-razza Chihuahua li ma tħallihomx fil-bitħa għax tibża’ li dawn il-klieb ta’ Paul Vella jidħlu u jaħtfuhom. Hija ikkonfermat li l-kelb li hataf il-qattusa tagħha weġġa bid-daqqa ta’ kanna li tatu.

Paul Vella, spjega li dak inhar tal-inċident, il-klieb kienu fil-vann tiegħu, Fl-4:15 p.m. żarma mix-xogħol u mar għand ħabib tiegħu u fil-5:15pm. telaq id-dar jorqod. Jikkonferma li l-klieb baqgħu l-ħin kollu ġewwa l-vann. Qal li fl-akkwati jkun hemm diversi klieb oħra jiġru barra.

Xhud importanti f’dan il-każ kien Joseph Micallef, li spjega li huwa kien ilu jaf lill-imputat u kien jmur ta’ spiss għandu u kien ra il-klieb tiegħu fil-vann li huwa għandu tar-razza tal-kaċċa. Huwa kien ta deskrizzjoni taż-żewgt klieb minnhom li kienu wiehed kannella, u l-iehor abjad bil-kannella.

Għalkemm kien jaf li kellu t-tielet wieħed fil-vann ma kienx jaf x’kulur kien għax kien dejjem joqgħod fuq wara tal-istess vann. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-unika ħaġa li skont hi li torbot lill-imputat mal-klieb kienet li Scerri ġieli rathom fil-vann tiegħu.

Dakinnhar l-imputat ma kienx deher imkien fl-akkwati fejn toqgħod hi. Minn naħa tal-imputat huwa xehed li l-klieb ikunu dejjem miegħu u qatt ma jkunu jiġru kif allegat Marianne Scerri.

Vella qal ukoll li m’għandux klieb tar-razza tal-fenek kannella iżda wieħed imħallat ta’ kulur iswed. Għalhekk ma setgħux kienu l-klieb tiegħu li qatlu l-qattusa.

Waqt li mid-deskrizzjoni li ta x-xhud Joseph Micallef li Paul Vella jżomm klieb fil-vann tiegħu u li huma tal-għamla tal-kaċċa u mhux tal-fenek kif gie deskritt minn Marianne Scerri.

Il-Qorti qalet fid-deċiżjoni tagħha qalet li l-Prosekuzzjoni ma rnexxielix tipprova l-każ tagħha dak ta’ mingħajr dubju raġonevoli u għalhekk Vella ġie lliberat.