Futbol Sport

Rachel Cuschieri tiskorja fid-debutt tagħha ma’ Lazio

Rachel Cuschieri skorjat fid-debutt tagħha ma’ Lazio f’rebħa kbira ta’ 10-1 li kellhom fuq Pontedera Calcio Femminile fis-Serie B. Il-gowl ta’ Cuschieri wasal fil-51 minuta.

Fl-istess partita bdiet ukoll Emma Lipman li bħal Cuschieri kienet qed tagħmel id-debutt tagħha. Lipman kienet mibdula fid-63 minuta. Dan is-suċċess ta’ dawn iż-żewġ plejers Maltin jasal ġimgħa wara l-lejl maġiku ta’ Hayley Bugeja fejn fid-debutt tagħha fis-Serie A ma’ Sassuolo skorjat dopjetta fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Napoli.