Coronavirus Edukazzjoni Internazzjonali

Studenti Taljani lura fuq il-bankijiet tal-iskola

Jirritornaw il-lezzjonijiet wara xhur bl-iskejjel magħluqin minħabba l-pandemija

Mas-6 miljun student minn dalgħodu rritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola fl-Italja, bil-Prim Ministru Conte jgħid li għall-bidu “żgur se jkun hemm diffikultajiet”.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, Giuseppe Conte insista li l-awtoritajiet se jagħmlu minn kollox biex joffru ambjent sigur għall-istudenti kollha.

L-iskejjel Taljani ġew atrezzati bil-maskri protettivi. Il-Gvern Taljan fil-fatt qassam xejn anqas minn 94 miljun maskra sabiex jgħin lit-tfal f’din is-sitwazzjoni li qed titlob impenn minn kulħadd.

L-iskejjel fetħu fi 12-il reġjun fl-Italja, kif ukoll fiz-zona ta’ Trento.