Lokali

Żewġ Spanjoli arrestati wara qabda ta’ 10kg kokaina fl-ajruport

Żewġ barranin ġew arrestati fl-ajruport wara li uffiċjali tad-Dwana issekwestraw 10 kilogrammi droga, maħsuba kokaina. Dan apparti ecstacy u haxixa li ukoll ġiet elevata minn bagalja ta’ turista ġejja minn Madrid.

Il-mara Spanjola daħħlet id-droga f’qiegħ falz ta’ bagalja, bid-droga tiġi miżmuma mid-Dwana wara li qamu suspetti meta l-istess bagalja għaddiet mill-x-ray mal-wasla f’pajjiżna.

Mal-mara kien hemm ukoll persuna oħra li ġiet arrestata.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.