Coronavirus Lokali Saħħa

49 każ ġdid ta’ Covid-19, 41 ifiqu

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta nstabu 49 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna biex it-total ta’ każijiet attivi tela’ għal 577. L-ammont ta’ każi mfejqa kien ta’ 41, filwaqt li s’issa fiequ minn din l-imxija 1,931.

L-ammont totali ta’ każijiet issa huwa ta’ 2,658. Filwaqt li fl-aħħar sigħat erġajna rajna tnaqqis fl-ammont ta’ swab test li saru hekk kif saru 1,666.

Fl-aħħar erbat ijiem kellna 207 każijiet ġodda, filwaqt li f’din it-28 ġimgħa tal-imxija fostna kellna fatalità, is-seba’ waħda fl-aħħar xahar, u 16-il waħda b’kawża tal-Covid-19.

Dan kollu ħareġ mill-aġġornament li l-Ministeru tas-Saħħa ppubblika ta’ kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook Saħħa.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati filwaqt li mill-każijiet tat-Tnejn hemm 14 li huma qraba ta’ persuni li diġà nstabu pożittivi, każ wieħed ta’ kollegi fuq il-post tax-xogħol, żewġ każijiet importati u tliet każi minn avvenimenti soċjali. Intant kollox qed jindika li 29 każ huma każijiet sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ġabu l-virus.

Intant issoktaw l-appelli ta’ numru ta’ tobba dan hekk kif propju nhar is-Sibt… l-Assoċċjazzjoni Medika Maltija talbet li tiġi ddikjarat emerġenza fis-saħħa pubblika.

Il-MAM ħarġet ukoll direttivi biex tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jagħtu l-ebda servizzi f’’nursing homes privati.