Lokali

Bernard Grech uffiċjalment iddikjarat kandidat għall-kariga ta’ Kap tal-PN

Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet in-nomina ta’ l-avukat Bernard Grech għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Din in-nomina ngħatat liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech. Hawhekk ġiet ivverifikata mill-uffiċjali tal-Kummissjoni u wara kienet ikkonfermata bħala waħda valida.

Il-Kummissjoni nfurmat lil Bernard Grech li laqgħet in-nomina tiegħu u li ġie uffiċjalment iddkjarat bħala kandidat fl-elezzjoni għal Kap tal-PN li se ssir fit-3 ta’ Ottubru.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Bernard Grech saħaq li jinsab onarat u stqarr li jixtieq li l-partit jingħaqad u jiġġedded fejn hekk ikun jista’ jirbaħ. Hu qal li l-PN jeħtieġ li jkun partit b’saħħtu fejn semma’ kif flimkien nistgħu nibnu partit li jkun alternattiva b’saħħitha għal gvern alternattiv.

Bernard Grech kien akkumpanjat minn martu AnneMarie u r-rappreżentant tiegħu f’din l-elezzjoni Emvin Bartolo.