Coronavirus Ewropa Internazzjonali

Covid-19: In-numru ta’ alkoħoliċi fir-Renju Unit irdoppja

In-numru ta’ alkoħoliċi fir-Renju Unit irdoppja minn mindu bdiet l-imxija tal-Covid-19.

Hu mbassar li mat-8.4 miljun persuna, f’Ġunju, kienu jinsabu f’riskju għoli. Dan meta mqabbel mal-4 xhur ta’ qabel fejn l-ammont kien ta’ 4.8 miljun.

Kollox qed jindika li dawn l-ammonti kibru meta kien imħabbar lockdown fir-Renju Unit bil-Kulleġġ Irjali tal-Psikjatri jtenni li jeħtieġ li l-Gvern Btittaniku jagħti aktar prijorità lis-saħħa mentali tal-istess pajjiż.

Huma qalu li l-lockdown kien neċessarju u kruċjali, madanakollu issa jeħtieġ li persuni oħra li qed ibatu minn dawn il-vizzji jingħataw l-għajnuna, illum qabel għada.

Fost l-oħrajn tobba qalu li l-konsum ta’ ħafna alkoħol se jiftaħ bibien għal abbużi oħra, fosthom il-vjolenza domestika u kif ukoll l-konsum tad-droga. Huma appellaw biex l-awtoritajiet iħarsu lejn din il-problema u jqisuha bħala waħda maġġuri.