Ambjent Lokali

Denfil tmut minkejja l-isforzi tal-Malta Red Cross

Il-Malta Red Cross permezz ta’ post fuq Facebook ħabbru li llum kmieni waranofsinhar ittellgħat fuq ix-xatt minħabba l-maltemp.

Fil-post intqal li l-Malta Red Cross Water Rescue Team u r-rappreżentant tan-Nature Trust ippruvaw jagħmlu minn kollox biex jgħinu lid-denfil.

Huma qalu li akkost l-isforzi li għamlu fejn fost l-oħrajn ingħatat anki s-CPR, id-denfil iżda ma salvatx.