Fil-Qorti Federali Żvizzera f’Bellinzona beda il-ġuri tal-eks Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke akkużat flimkien ma’ Nasser Al Khelafi – Kap ewlieni ta’ BeIn Media u tal-klabb Paris Saint Germain b’sensiela ta’ każijiet ta’ korruzzjoni fi żmien meta Valcke kien l-aktar bniedem influwenti fil-FIFA flimkien mal-eks President Josef Blatter.
Il-ġuri mistenni jkompli sal-25 ta’ Settembru fejn Valcke mgħejjun mill-avukat Patrick Hunziger, jekk jinstab ħati jista’ jeħel sa ħames snin ħabs.
Fost l-akkużi hemm każ ta’ korruzzjoni li seħħ fl-2013 wara laqgħa li saret ma’ Al Khelafi fl-24 ta’ Ottubru 2013 fil-kwartieri ta’ BeIn Media fi Franza b’rabta max-xiri ta’ villa minn Al Khelafi f’Sardegna bil-prezz ta’ 5 miljun ewro u li l-użu esklussiv tagħha kien riżervat għal Jerome Valcke.
Eventwalment fid-29 ta’April 2014, BeIn Media ingħataw kuntratt ta’ drittijiet televiżivi għal Lvant Nofshani li jiġbru fihom il-partiti kollha tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja kif wkoll kompetizzjonijiet oħra tal-FIFA mill-perijodu bejn l-2018 u l-2030
Hemm wkoll akkuża kontra l-industrijalist Grieg Dinos Deris akkużat li kien il-persuna responsabbli li jgħaddi wkoll 1.25 miljun Ewro lil Valcke.
//= $special ?>