Sport Waterpolo

Il-penalties ipoġġu lil Sirens fis-semifinali f’logħba mill-isbaħ

(Ritratt: Sirens ASC)

Stewart Said

EXILES FERRETTI………………… 6

SIRENS MECCA MARIN………… 6

(Sirens rebħu 3-2 bl-għoti tal-penalties)

(3-1), (1-2), (0-1), (2-2)

L-għoti tal-penalties kellhom jifirdu lil Sirens Mecca Marin u Exiles Ferretti. Kienu Sirens b’aktar preċiżjoni filwaqt li Exiles pattew għat-tliet penalties minn erbgħa li fallew. Fil-verità kienet ħasra li tim minnhom kellu jkun eliminat hekk kif assistejna għall-partiti missielta speċjalment din il-partita u l-ewwel konfront.

Exiles kellhom bidu mill-aqwa hekk kif marru 3-0 minn fuq permezz ta’ Jake Bajada, Aurelien Cousin u Timmy Sullivan. Dan il-bidu fakkar fil-prestazzjoni mill-aqwa li kellhom Exiles ftit tal-jiem ilu.

Sirens bdew ġejjin f’tagħhom u wara li John Napier naqqas id-distakk, fit-tieni sessjoni urew aktar grinta. Ma kinitx sorpriża li Sirens ġabu d-draw b’gowls ta’ Isaiah Riolo u Matthew Sciberras, iżda Mark Fenech ħalla lil Exiles fil-vantaġġ minn penalty lejn tmiem it-tieni sessjoni.

Fit-tielet sessjoni, Exiles naqqsu mill-preċiżjoni, il-konċentrazzjoni u l-aggressività li urew fit-tieni logħba ta’ din is-serje. Sirens skorjaw l-uniku gowl tas-sessjoni permezz ta’ Matthias Azzopardi.

Xutt preċiż ta’ Matthew Sciberras poġġa lil Sirens fil-vantaġġ għall-ewwel darba. Cousin ġab id-draw, Gianni Farrugia reġa’ ta vantaġġ ta’ gowl lil Sirens sakemm Sullivan għamel l-iskor 6-6 f’azzjoni mill-isbaħ. Iż-żewġ timijiet pruvaw sal-aħħar iżda ma rnexxielhomx jiksbu l-gowl tar-rebħa.

Fl-għoti tal-penalties, Mark Fenech falla għal Exiles, Matthew Sciberras falla għal Sirens. Timmy Sullivan falla wkoll, b’Matthias Azzopardi jiskorja għal Sirens. Kurt Griscti, Ken Erdogan, Aurelien Cousin u Isaiah Riolo kollha skorjaw, b’Nicky Paris jara l-penalty tiegħu jaħbat mal-wieqfa.

Exiles: M. Castillo, J. Bajada (1), A. Magri, P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, A. Cousin (2), S. Apap, D. Fenech, G. Borg

Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan, G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon, I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi (1), G. Galea Curmi, G. Farrugia (1), G. Sammut

Referees: Mario Dalli, Massimo Angileri

Marsaskala jirbħu lejn it-tmiem

MARSASKALA FISH AND FISH… 8

TA’ XBIEX………………………………….. 7

(3-2), (1-2), (2-2), (2-1)

Gowl fl-aħħar minuta ta’ Ayrton Camenzuli poġġa lil Marsaskala rebħa bogħod mis-semifinali tal-play-offs. Ta’ Xbiex għandhom għaliex iħossuhom sfortunati li ħarġu mil-logħba b’telfa iżda jittamaw li l-prestazzjoni li kellhom tgħinhom biex ikunu f’pożizzjoni aħjar li jirbħu t-tieni logħba minn possibbiltà ta’ tlieta.

Marsaskala bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni u ħasbu li seta’ jkollhom logħba faċli. Iżda Ta’ Xbiex wieġbu mill-ewwel u temmew l-ewwel sessjoni b’distakk ta’ gowl, b’Jacob Saliba u Mark Carani jsibu x-xibka.

Ta’ Xbiex ġabu d-draw darbtejn fit-tieni sessjoni, b’Matthew Mifsud u Nico Schiavone jwieġbu għall-gowl ta’ Luca Felice. Fit-tielet sessjoni, Ta’ Xbiex marru minn fuq għall-ewwel darba sakemm Max Aquilina u Liam Grixti għamlu l-iskor 6-5 favur Marsaskala, b’Mifsud jerġa’ jġib id-draw.

Ġmiel ta’ gowl ta’ Gerald Sammut deher li seta’ jagħti r-rebħa lil Ta’ Xbiex iżda mill-ewwel kien Felice li ġab id-draw, b’Camenzuli jiskorja l-gowl tar-rebħa.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera (1), M. Aquilina (1), L. Grixti (2), K. Navarro, M. Manara, L. Felice (3), G. Galea, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat, N. Gatt, M. Chircop

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Mifsud (2), R. Greco, D. Rizzo, F. Cutajar, M. Demarco, M. Carani (2), N. Saliba, G. Sammut (1), N. Schiavone (1), S. Azzopardi, M. Farrugia, J. Saliba, A. Mifsud

Referees: Peter Balzan, Alex de Raffaele

MARSAXLOKK BROWN’S……… 14

OTTERS NIVEA………………………… 4

(5-1), (1-1), (4-0), (4-2)

Faċli għal Marsaxlokk Brown’s Pharma kontra Otters, liema riżultat ipoġġi lit-tim ta’ Joe Cremona favorit li jgħaddi għas-semifinali fit-tieni logħba minn possibbiltà ta’ tlieta.

Marc Lanzon kien naqqas id-distakk għal 2-1 fl-ewwel sessjoni iżda gowls minn Julian Rizzo Naudi, Timmy Agius u Joseph Galea poġġew lil Marsaxlokk b’vantaġġ komdu ta’ 5-1.

Dan il-vantaġġ għenhom biex jikkontrollaw il-logħba u għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls mingħajr risposta. Il-gowls waslu minn Timmy Agius, Benji Lanzon u doppjetta ta’ Joseph Galea.

L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fl-aħħar perjodu, bil-kowċ ta’ Marsaxlokk Joe Cremona jagħmel użu mill-iskwadra għad-dispożizzjoni tiegħu.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi (2), M. Martellacci, M. Pace, T. Agius (3), B. Lanzon (1), J. Galea (3), K. Cremona (1), S. Micallef (1), R. Scerri (1), M. Cacici, O. Zammit (1), F. Buhagiar, L. Saliba, J. Portelli (1)

Otters: D. Spiteri, M. Lanzon (1), R. Caruana, L. Hyzler, E. Meli, K. Scicluna (2), G. Mizzi (1), D. Dimech, D. Zahra, D. Tully, S. Xerri, M. Caruana Baluci

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari