Lokali

“Inħobbok… xi darba nerġgħu nkunu flimkien”

“Ivor, ninsabu b’qalbna maqsuma. It-tifel tiegħi kellu qalb kbira. Il-familja kienet tfisser kollox għalih… hu kien ifisser kollox għalina. Jiddispjaċini ħafna li ma stajtx nipproteġik bħalma għandha tagħmel omm. Qatt mhu se nasal naċċetta dak li ġara. Inħobbok… xi darba nerġgħu nkunu flimkien.” – Kien dan il-messaġġ ta’ qsim il-qalb li ħalliet omm Ivor Maciejowski, wieħed miż-żewġt irġiel li ftit tal-ġimgħat ilu safa maqtul kiesaħ u biered f’Tas-Sliema flimkien ma’ Chris Pandolfino.

Fl-aħħar jiem, kien bosta l-ħbieb u l-qraba tal-koppja li ħallew messaġġ u fjuri mar-residenza – fost dawn, kien hemm ittra miktuba minn omm Ivor.

Hi ddeskrivitu bhala persuna dejjem ferrieħi fejn semmiet kemm kien kuntent meta l-famliji tiegħu ta’ Chris Pandolfino iltaqgħu għall-ewwel darba.

“Int kont uniku. Bil-personalità tiegħek, kellek il-ħila li tħobb u ġġiegħel lil ħaddieħor iħobbok. Konna nindunaw li inti qiegħed id-dar għaliex kont tnissel ferħ kbir fina. Kont persuna tant umli, leali u bi priċipji b’saħħithom” saħqet omm Ivor.

Hi qalet li l-ebda kliem ma jista jkun biżżejjed biex jiddeskrivi l-bniedem speċjali li kien Ivor. “Daqshekk ħadna gost flimkien. Konna bħal tfal imqarbin meta inkun waħedna flimkien” kompliet tgħid b’qalbha maqsuma omm il-persuna li nqatel b’mod tant kiefer. Hi ddeskriviet lil binha bħala persuna inteliġenti.

L-Omm temmet tgħid li ma tistax temmen li qatt m’hi sar tara lil binha u terġa’ tħoss it-tgħanniqa tiegħu.

Ittri oħrajn li tħallew mar-residenza tal-koppja jinkludu kliem missier u ħu Ivor, illi fihom jgħidu li “Kemm huma kburin bih u kemm xtaqt li kellhom iċ-ċans jgħidulu dan aktar spiss” u li għalihom “Ivor ma mietx, iżda għadu ħaj fil-persuni li hu ferraħ tul ħajtu”.