Futbol Sport

Kamp ta’ taħriġ f’Malta minn Juventus

F’pajjiżna bħalissa tinsab l-akkademja ta’ Juventus fejn 120 tifel u tifla, kollha Maltin, qiegħdin jagħmlu parti minn kamp ta’ taħriġ li se jdum għaddej sal-Ġimgħa 18 ta’ Settembru ġewwa l-grawnds ta’ Luxol St. Andrews.

It-tfal se jkunu mqassmin fi gruppi żgħar biex ikollhom attenzjoni individwali filwaqt li kollha se jkunu msemmija wara wieħed mill-idoli tagħhom ta’ Juventus.

Din hija l-ewwel darba li r-rebbieħa tal-kampjonat Taljan qed jorganizzaw kamp ta’ taħriġ għat-tfal f’Malta. Dan se jkun immexxi minn erba’ kowċis ta’ Juventus li għandhom esperjenza vasta f’dawn it-tip ta’ programmi.